Saturday, December 14, 2024

Il-BOV jestendi l-appoġġ lill-Kamra tal-Inġiniera

Il-BOV jipparteċipa fil-Konferenza Annwali tal-Inġinerija

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta u l-Kamra tal-Inġiniera ġeddew il-kollaborazzjoni tagħhom b’viżjoni li jorganizzaw diversi attivitajiet edukattivi għall-membri tal-Kamra kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

Il-Kamra tal-Inġiniera hija organizzazzjoni li dejjem qegħda tikber, u hija dinamika u attiva ħafna u kontinwament tiddiskuti modi u mezzi kemm kif ittejjeb kif ukoll biex tissalvagwardja l-professjoni. Il-Kamra tal-Inġiniera hija komunità ta’ inġiniera li tikkonsisti minn inġiniera mekkaniċi, inġiniera elettriċi u membri minn oqsma oħra tal-inġinerija.

Malcolm Bray, Senior Manager – Data Insights and Economics fil-Bank of Valletta pparteċipa f’‘Engineering – the Key to the Future’, il-Konferenza annwali dwar l-Inġinerija organizzata mill-Kamra tal-Inġiniera. Matul panel ta’ diskussjoni is-Sur Bray irrimarka li ‘L-inġinerija għandha rwol ewlieni fl-ekonomija u l-importanza tagħha żdied aktar hekk kif il-pajjiż beda l-bidla modali tiegħu għal teknoloġiji ta’ produzzjoni aktar ekoloġiċi.’ Ikkummenta wkoll li ‘In-nies jirrispondu għall-inċentivi, għalhekk huwa importanti li s-settur ikollu fis-seħħ pakketti finanzjarji attraenti biex jassigura li l-pajjiż ikollu n-numri meħtieġ ta’ inġiniera. Pagi ogħla jistgħu jkunu sostenibbli jekk ikunu sostnuti minn produttività ogħla, li min-naħa tagħha teħtieġ investiment kontinwu fil-kapital uman. Għalhekk il-kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-akkademja u l-industrija hija kritika.’

Waqt li tkellem dwar il-kollaborazzjoni mal-Bank, il-President tal-Kamra tal-Inġiniera, Ing Malcolm Zammit qal ‘Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni importanti, ħejjejna sensiela ta’ inizjattivi għall-membri tagħna matul is-sena – li jilħqu l-qofol tagħhom bil-Premijiet Annwali għall-Aħjar Proġett Finali ppjanati għal aktar tard din is-sena fejn il-BOV se jgħin lir-rebbieħa f’kull kategorija biex ikomplu fl-istudji tagħhom. Nemmnu bis-sħiħ li l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet se tkun ta’ benefiċċju għall-membri kollha tagħna, u għall-komunità tal-inġinerija u għas-soċjetà inġenerali.’

Ekonomija

Sport