Sunday, December 22, 2024

Il-BOV se jappella s-sentenza dwar il-Każ Deiulemar

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed jirreferi għal avviżi tal-kumpanija tal-passat li bihom il-Bank kien informa lis-suq li kienu nbdew proċeduri legali kontrih quddiem Qorti Taljana. Il-Bank illum ġie infurmat li t-Tribunal ta’ Torre Annunziata ħa d-deċiżjoni tiegħu kontra l-Bank liema deċiżjoni tammonta għal €370 miljun, inklużi interessi legali u spejjeż.

F’konformità mal-parir li wasal minn avukati tal-Bank, u konsistenti ma’ bosta opinjonijiet legali dwar is-saħħa sottostanti tal-każ tagħna, il-Bank se jappella din id-deċiżjoni b’mod immedjat.

Skont dawn il-proċeduri,  il-Bank kien qed jintalab iħallas ammont ekwivalenti għall-valur tal-ishma ta’ kumpanija li kienet qed tinzamm taħt trust mill-Bank bħala Trustee, u liema valur l-azzjonisti kienu qed jallegaw li jammonta għal €363 miljun. Il-Bank of Valletta ikkontesta din it-talba peress li l-ishma miżmuma tqiesu bla valur wara l-falliment tal-Grupp Deiulemar. Il-Bank ma kellu l-ebda assi oħra f’isem il-Grupp.

Sakemm isir dan l-appell, il-Bank jixtieq jassigura lis-suq li huwa kapitalizzat tajjeb u l-operat tiegħu mhux se jintlaqat ħażin minn din id-deċiżjoni. Fl-2018, il-Bank kien poġġa ’l fuq minn €363m f’idejn entità indipendenti, wara ordni mit-Tribunal ta’ Torre Annunziata bħala garanzija kawtelatorja, L-ebda ħlas ġdid bħala riżultat tad-deċiżjoni tal-lum.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Ekonomija

Sport