Tuesday, March 24, 2026

IL-BOV SE JOĦROĠ AVVIŻ DWAR IR-RATI BAŻI TAL-PORTAFOLL TA’ KREDITU KULL TLIET XHUR

IL-BANK IŻOMM IR-RATI BAŻI KIF INHUMA

Aqra wkoll

IlBank of Valletta ħabbar li qed jibda proċess li joħroġ Avviżi talKumpanija kull tliet xhur sabiex iżomm issuq infurmat dwar iddeċiżjonijiet firrigward taliffissar tarrati bażi. Dan qed isir biex is-suq jiġi pprovdut informazzjoni trasparenti u f’waqtha dwar irreviżjoni li jagħmel ilBank firrigward ta’ dawn ilbenchmarks.

Din id-deċiżjoni tirrifletti titjib fissistemi u flistrutturi tekniċi u ta’ governanza li qed jintużaw millBank għaddeterminazzjoni tarrati bażi. Flistess ħin jenfasizza limpenn kontinwu talBank biex itejjeb u jsaħħaħ ilkomunikazzjoni tiegħu masswieq finanzjarji, kif ukoll biex jissodisfa u jissupera laspettattivi regolatorji.

IrRati Bażi talBank joperaw bħala komponent ċentrali filqafas ta’ pprezzar fuq livell ta’ intrapriża sħiħa talBank. Dawn jaħdmu flimkien ma’ parametri speċifiċi għallprodotti (bħal żidiet ibbażati fuq irriskju, aġġustamenti fuq livell ta’ klijent u termini kuntrattwali) sabiex iwasslu riżultati ta’ pprezzar li huma ġusti, trasparenti u konsistenti malprinċipji stabbiliti filgovernanza interna talBank dwar ilprezzijiet. Billi jankra rrati tasself ma’ benchmarks interni mmexxija minn proċess ta’ governanza, ilBank jippromwovi koerenza bejn deċiżjonijiet individwali ta’ kreditu u lobjettivi usa’ talkarta tal-bilanċ, inklużi lprofittabbiltà, leffiċjenza talkapital u laptit għarriskju talportafoll. Dawn irrati interni ta’ referenza huma suġġetti għal proċess strutturat ta’ governanza u reviżjoni kull tliet xhur.

Fiddeterminazzjoni tallivelli tarRata Bażi għallperjodu li ġej, ilBank wettaq valutazzjoni komprensiva msejsa fuq ilpolitika formali tiegħu dwar irRata Bażi. Dan ilqafas jeħtieġ li kull deċiżjoni, kemm jekk biex jinżammu rrati kif inhuma kif ukoll jekk biex jinbidlu, tiġi evalwata b’mod sħiħ fuq prinċipji ewlenin li jħarsu rreżiljenza finanzjarja, ilġestjoni prudenti talkarta tal-bilanċ u eżiti ġusti għallklijenti.

Wara din irreviżjoni skedata dwar xejriet fir-rati talimgħax u talkundizzjonijiet prevalenti fissuq, irRati Bażi talBank applikabbli għallPortafoll ta’ Kreditu tiegħu se jibqgħu bla tibdil għallperjodu ta’ tliet xhur li ġejjin salaħħar ta’ Ġunju 2026. B’mod effettiv, irRata Bażi tas-Self għan-Negozji tibqa’ ta’ 2.15% fissena, irRata Bażi tasSelf għadDjar tibqa’ ta’ 2.15% fissena u rRata Bażi tasSelf Personali tibqa’ ta’ 2.45% fissena.

Iddeċiżjoni li jinżammu rRati Bażi talportafoll ta’ kreditu bla tibdil għallperjodu ta’ tliet xhur li ġejjin hija sostnuta minn projezzjonijiet finanzjarji interni li jkomplu jindikaw konsistenza malistrateġija, ilbaġit u laptit għarriskju talBank, kif ukoll malIndikaturi Ewlenin talPrestazzjoni u tarRiskju. Ilpożizzjonijiet talkapital u tallikwidità talBank jibqgħu b’saħħithom, mingħajr ebda indikazzjoni ta’ pressjonijiet.

Ittensjonijiet ġeopolitiċi attwali barra minn Malta, ilprospetti għallekonomija, ilkompetittività talBank fissuq u lħarsien talinteressi talklijenti tal-Bank isaħħu wkoll ilħtieġa għal stabbiltà kontinwa firrati talimgħax f’Malta u, b’mod partikolari, firRati Bażi talBank. IlBank innota wkoll li, matul dawn laħħar snin, kien kapaċi jżomm irRati Bażi f’livelli stabbli minkejja bidliet filkundizzjonijiet tassuq, inklużi bidliet filpożizzjoni talpolitika monetarja talBank Ċentrali Ewropew.

Dawn irrati ser jibqgħu fisseħħ, millinqas, sarreviżjoni li jmiss, skedata għal Ġunju 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport