Wednesday, July 24, 2024

Il-BOV tiddikjara li l-ittra li nħarġet f’sors tal-midja f’Londra hija falza

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta, fi stqarrija, iddikjara li ittra allegatament maħruġa mill-Bank kif ippubblikata fil-jiem li għaddew f’sors tal-midja bbażat f’Londra u kif imsemmija minn tal-inqas blog online lokali wieħed hija dokument falz u ffalsifikat.

Dan l-avveniment iġorr riskju ta’ ħsara lill-Bank u lill-ġurisdizzjoni Maltija. Il-Bank se jkun qed isegwi r-rimedji kollha disponibbli lilu fil-liġi biex jirranġa s-sitwazzjoni.

Il-Bank of Valletta informa lis-suq fuq bażi regolari skont l-obbligi legali u regolatorji tiegħu. Fl-istess waqt, il-BOV iżomm ukoll impenn attiv mal-midja u jinkoraġġixxi lill-membri tal-midja biex jivverifikaw mal-Bank kwalunkwe informazzjoni dwar il-BOV u l-operat tiegħu.

Ekonomija

Sport