Friday, November 15, 2024

Il-BOV u l-Grupp St James jikkollaboraw il-finanzjament ta’ proċeduri Mediċi u Med-Estetiċi

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta u l-Isptar St James ikkollaboraw flimkien sabiex jiffaċilitaw il-finanzjament ta’ proċeduri mediċi u med-estetiċi li jsiru fl-Isptar St James. Il-Bank of Valletta għandu firxa ta’ prodotti ta’ self li jipprovdu finanzjament affordabbli għal diversi bżonnijiet li jinkludu proċeduri mediċi u med-estetiċi. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni mal-Isptar St James, klijenti jistgħu igawdu minn iżjed benefiċċji, hekk kif l-ispejjeż ta’ proċessar marbuta mas-self tal-BOV qed jiġu rimborsati kompletament mill-Isptar St James.

Proċeduri mediċi u med-estetiċi qed isiru dejjem iżjed komuni hekk kif iktar persuni qed jirrikorru għand kliniċi speċjalizzati sabiex jagħmlu dawn it-tip ta’ operazzjonijiet, konxi dejjem iżjed mis-saħħa u mill-benesseri li dawn joffru fil-ħajja ta’ llum.

Klijenti tal-Isptar St James li huma interessati f’xi proċeduri ta’ dan it-tip u li jixtiequ jiksbu self finanzjarju għal dan il-għan, jistgħu jibbenefikaw mill-iskema Saint James Plus – Finance Your Health. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-isptarijiet St James jew mis-sit tal-istess kumpanija.

Dawn il-benefiċċji addizzjonali marbuta mal-prodotti ta’ self tal-BOV, li jinkludu wkoll assigurazzjoni fuq il-ħajja b’xejn fuq self li ma jaqbiżx il-€25,000, huma mezz ieħor ta’ kif il-BOV qed jagħmel dawn il-prodotti ta’ self iktar affordabbli waqt li jtejjeb l-esperjenza tal-klijent.

Is-self kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għad-diskrezzjoni tal-BOV li joffri tali servizz finanzjarju. Iktar informazzjoni dwar proċeduri mediċi u med-estetiċi tista’ tinkiseb minn www.stjameshospital.com filwaqt li informazzjoni fuq is-Self Personali tal-BOV tista’ tinkiseb minn www.bov.com.

Ekonomija

Sport