Sunday, December 22, 2024

Il-Boxer Alġerina, Imane Khelif, se tiftaħ kawża legali

Aqra wkoll

Il-boxer Alġerina, Imane Khelif, mistennija tiftaħ preċeduri legali għal fastidju fuq il-media soċjali wara li reb­ħet id-deheb fl-Olimpjadi ta’ Pariġi tal-2024.

Dan ħabbru l-avukat tagħha, Nabil Boudi, li fi stqarrija qal: “Il-boxer Imane Khelif iddeċidiet li tibda ġlieda ġdida … ġlieda għall-ġustizzja, għad-dinjità u għall-unur tagħha”. Huwa kompla li Khelif ressqet ilment formali mal-prosekuturi ta’ Pariġi, fejn sostniet “fastidju aggravat fuq il-media soċjali”.

Boudi elabora dwar l-għan tal-klijenta tiegħu b’din il-kawża, fejn stqarr: “L-investigazzjoni se tiddetermina min kien wara din il-kampanja misoġinista, razzista u sessista, iżda se jkollha wkoll tikkonċerna ruħha ma‘ dawk li inforzaw il-kummenti.

“Il-klijenta tiegħi ilha tbati minn fastidju mentali għal dawn l-aħħar sentejn minn meta beda dan l-abbuż. Peró, f’dawn l-Olimpjadi issa laħaq il-quċċata tiegħu.”

Khelif kisbet rebħa konvinċenti permezz ta’ deċiżjoni unanima fuq iċ-Ċiniża Yang Liu fil-finali tal-welterweight tan-nisa nhar il-Ġimgħa. Hija kienet iffaċċjat reazzjoni konsiderevoli qabel il-ġlieda, partikolarment wara li falliet test tal-ġeneru fil-Kampjonati tad-Dinja tan-Nisa tal-2023.

Ekonomija

Sport