Thursday, December 26, 2024

Il-boxer Brittaniku Anthony Joshua se jiġġieled fil-bidu tas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Sar magħruf li l-boxer professjonali Brittaniku Anthony Joshua mhux se jirritorna jiġġieled qabel il-bidu tas-sena d-dieħla wara żewġ telfiet konsekuttivi kontra Oleksandr Usyk.

Bosta qalu li Joshua għadu mhux f’kundizzjoni psikoloġika sabiex jiġġieled għalkemm oħrajn qalu li qed jitħarreġ bis-sħiħ sabiex f’Jannar jiġġieled kontra Joe Joyce jew Daniel Dubois li huma kkunsidrati bħala żewġ heavyweights Brittaniċi.

Magħruf bħala AJ, Joshua għandu total ta’ 27 ġlieda fejn rebaħ 24 minnhom u tilef tlieta minnhom.

Ekonomija

Sport