Il-boxer, Vasyl Lomachenko, li rebaħ żewġ midalji tad-deheb fl-Olimpjadi, għamel kuntatt mal-promoturi tiegħu Top Rank li jrid jerġa’ jibda jiġġieled minn Ottubru li ġej.
Lomachenko għadu kemm irritorna mill-gwerra fl-Ukrajna u issa lest jerġa’ jibda fl-azzjoni wara waqfa ta’ seba’ xhur, minn Diċembru li għadda.
Il-president ta’ Top Rank, Todd Dudoef, ħabbar li Lomachenko kein ikkuntattja lill-kumpanija tiegħu biex jerġa’ jibda l-karriera tiegħu u jrid jerġa’ jibda jiġġieled fi żmien tliet xhur oħra.
Iżda minħabba dan il-kalendarju, mhux magħruf x’tip ta’ avversarju Top Rank jista’ jikseb biex Lomachenko jiġġieled.
Bla dubju, Lomachenko jixtieq li jkollu l-opportunitá biex jiġġieled għal titlu mondjali.
Il-gwerra fl-Ukrajna kienet ħassret il-ġlieda ta’ Lomachenko kontra l-ex champion tad-dinja tal-lightweight, George Kambosos, fl-Awstralja. Kollox kien lest għal din il-ġlieda iżda l-gwerra “issospendiet” kollox.