Sunday, November 24, 2024

Il-Brażil iridu lil Carlo Ancelotti biex ikun is-suċċessur ta’ Tite

Aqra wkoll

Rapporti mill-Brażil qed isostnu li l-FA Brażiljan qed tikkunsidra l-possibbiltá li tagħti l-inkarigu tat-team nazzjonali lil Carlo Ancelotti wara li ftit tal-jiem ilu Tite ħabbar li rriżenja wara t-telfa tal-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Kroazja. 

Ancelotti, 63 sena, kien ġie avviċinat informalment f’Ottubru li għadda. 

Min-naħa tiegħu, qed jingħad li Ancelotti huwa miftuħ li jieħu t-tmexxija tat-team nazzjonali … iżda fi tmiem l-istaġun minħabba li jrid ikompli bil-proġett tiegħu ma’ Real Madrid. 

Dan ikun ifisser li l-ħames darbiet champions tad-Dinja jkollhom jaħtru coach temporanju sa Ġunju li ġej. 

Il-coach Taljan jinsab taħt kuntratt ma’ Real Madrid sa tmiem l-istaġun li ġej, jiġifieri,  il-Brażil ikollhom jinnegozjaw mal-club Spanjol minħabba li jkun fadallu sena kuntratt. 

Ancelotti bħalissa jaħdem mat-trio ta’ players Brażiljani, Vinicius Jr, Eder Militao u Rodrygo, fil-Bernabeu.

Għażliet oħra jinkludu lill-coach ta’ Fluminense, Fernando Diniz, li għandu l-appoġġ ta’ numru ta’ players fosthom Dani Alves, Thiago Silva, Bruno Guimaraes, Antony u Neymar.

Pep Guardiola huwa rrappurtat ukoll li jinsab fil-lista mqassra biex jieħu post Tite.

Iżda l-coach Spanjol għadu kif ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City.

Sport