Il-coach tal-Brażil, Tite, inkluda players ibbażati fl-Ingilterra fi skwadra b’saħħitha għat-tliet logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 li ġejjin f’Ottubru.
Il-Brażil, li qed jillidjaw il-grupp tal-Amerika t’Isfel, se jiffaċċja lill-Venezwela, il-Kolombja u l-Urugwaj.
Tite sejjaħ tmien players tal-Premier League Ingliż, inklużi s-sebgħa li l-clubs tagħhom waqqfuhom milli jivvjaġġaw għall-aħħar rounds ta’ logħbiet f’Settembru minħabba kwarantina potenzjali tal-coronavirus.
Wara li l-players naqsu milli jippreżentaw ruħhom għal tliet logħbiet, il-Brażil għażel li ma jitlobx li jiġu sospiżi mil-logħob tal-club tagħhom.
It-tliet logħbiet ta’ Settembru kienu jinkludu konfront mal-Arġentina f’Sao Paulo li ġie mwaqqaf minuti wara li bdiet fuq allegati ksur tar-regoli tal-kwarantina Covid-19 mill-players tal-Arġentina bbażati fl-Ingilterra.
It-trio ta’ Liverpool, Alisson Becker, Fabinho u Roberto Firmino, Ederson u Gabriel Jesus ta’ Manchester City, Fred ta’ Manchester United, id-difensur ta’ Chelsea, Thiago Silva, u l-midfielder ta’ Leeds United, Raphinha, huma kollha nklużi.
Emerson Royal, li ngħaqad ma’ Tottenham mingħand Barcelona fl-aħħar jum tat-trasferiment tas-sajf, jinsab ukoll fl-iskwadra.
Il-Brażil rebħu t-tmien logħbiet li lagħbu mill-kwalifiki tagħhom u fis-7 ta’ Ottubru se jilagħbu kontra l-Venezwela f’Caracas, kontra l-Kolombja f’Baranquilla tlett ijiem wara u kontra l-Urugwaj fl-14 ta’ Ottubru f’Manaus.
L-iskwadra kollha ta’ Tite hija:
Goalkeepers: Alisson (Liverpool), Ederson (Manchester C.), Weverton (Palmeiras)
Difensuri: Danilo (Juventus), Emerson Royal (Tottenham), Alex Sandro (Juventus), Guilherme Arana (Atletico Mineiro), Eder Militao (Real Madrid), Lucas Verissimo (Benfica), Marquinhos (Paris St-Germain), Thiago Silva (Chelsea).
Midfielders: Casemiro (Real Madrid), Edenilson (Internacional), Everton Ribeiro (Flamengo), Fabinho (Liverpool), Fred (Manchester U.), Gerson (Marseille), Lucas Paqueta (Lyon).
Attakkanti: Antony (Ajax), Gabriel Barbosa (Flamengo), Gabriel Jesus (Manchester C.), Matheus Cunha (Atletico Madrid), Neymar (Paris St-Germain), Raphinha (Leeds U.), Vinicius Jr (Real Madrid).