Wednesday, December 25, 2024

Il-Brażil jiċħdu li se jieħdu lil Ancelotti

Aqra wkoll

Il-Brażil iddeskrivew rapporti bħala “infondati” li Carlo Ancelotti ta’ Real Madrid qabel li jsir il-coach nazzjonali li jmiss tagħhom.

Il-ġimgħa li għadda Ancelotti, 63 sena, kien jinsab maċ-champions tal-Ewropa 14-il darba fil-Marokk għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-Clubs fejn il-bieraħ lagħbu fil-finali kontra Al Hilal tal-Arabja Sawdija.

Il-Konfederazzjoni tal-Footballl Brażiljan qalet: “Il-coach magħżul jitħabbar fil-ħin it-tajjeb.”

Il-Brażil ilhom mingħajr coach minn meta Tite telaq wara t-telfa fil-kwarti-finali f’Diċembru li għadda fil-finali tat-Tazza tad-Dinja li saret fil-Qatar kontra l-Kroazja bl-għoti tal-penalties.

Ancelotti, li l-unika esperjenza preċedenti tiegħu ta’ tmexxija internazzjonali ġiet bħala assistent mal-Italja fis-snin 90, qal nhar il-Ġimgħa li kienet l-intenzjoni tiegħu li jara l-ftehim preżenti tiegħu mal-ġganti Spanjoli sal-aħħar.

“Is-sitwazzjoni tiegħi hija pjuttost ċara. Għandi kuntratt sal-2024,” qal Ancelotti, qabel il-logħba msemmija tal-bieraħ f’Rabat.

Il-midja fil-Brażil semmiet ukoll lil Luis Enrique, lill-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, lil Zinedine Zidane u lill-coach ta’ Roma, Jose Mourinho, mal-impjieg tas-Selecao.

Ekonomija

Sport