Sunday, November 24, 2024

Il-Brażil jitilgħu fl-ewwel post fir-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

L-Arġentina mhux se jieħdu post fil-quċċata tar-rankings tad-dinja tal-FIFA dan ix-xahar minkejja li għelbu lil Franza biex rebħu t-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba mill-1986.

Ir-rivali tal-Amerika t’Isfel, il-Brażil, ilhom fl-ewwel post minn Frar, meta qalbugħa lill-Belġju. Iżda minkejja li s-Selecao naqsu milli jgħaddu mill-kwarti-finali, ir-riżultati tal-Arġentina ma kienux biżżejjed biex jaqbżuhom.

Fil-Qatar il-Brażil rebħu tliet logħbiet, tilfu kontra l-Kamerun u sofrew telfa tal-penalties minn idejn il-Kroazja.

Intant, l-Arġentina rebħu erba’ logħbiet, tilfu waħda kontra l-Arabja Sawdija u rebħu darbtejn bil-penalties – inkluża l-finali tal-Ħadd hekk kif għelbu lil Franza 4-2 fix-shoot-out.

L-Arġentina rebħu l-Copa America fl-2021 u issa huma champions tad-dinja, iżda mhux biżżejjed għall-post numru wieħed. Is-suċċessi tax-shoot-outs jiswew ħafna inqas punti ranking mir-rebħiet fil-ħin regolamentari. Kieku jew l-Arġentina jew Franza rebħu l-finali fi żmien 120 minuta kienu jitilgħu fin-numru wieħed, iżda penalties ggarantew li l-Brażil ma setgħux jinqabżu.

L-Arġentina u Franza t-tnejn telgħu post fit-tieni u t-tielet rispettivament, filwaqt li l-Belġju niżlu żewġ postijiet għar-raba’ wara li naqsu milli jagħmluha lil hinn mill-fażi tal-gruppi. L-Ingilterra tibqa’ fil-ħames post, bil-kwarti-finalisti sħabhom l-Olanda telgħu żewġ postijiet u issa jinsabu s-sitta.

Il-mixja tal-Kroazja lejn it-tielet post fil-Mondjali rathom jitilgħu fl-ewwel 10, mit-12 sas-seba’ post. L-Italja, li naqsu li jkunu fil-Qatar, niżlu żewġ postijiet għat-tmien wieħed bil-Portugall jibqgħu fid-disa’ post, bi Spanja jinżl tliet postijiet għall-10 wieħed.

Il-Marokk u l-Awstralja telgħu 11-il post kull wieħed biż-żewġ pajjiżi kisbu prestazzjoni mill-aqwa. Il-Marokk huwa t-team Afrikan l-iktar għoli fil-klassifika – il-11 – u l-Awstralja, li waslu sal-Aħħar 16, jinsabu fis-27 post.

Dan mhux l-ogħla post li qatt okkupaw il-Marokk, peress li kienu fl-10 post fl-1998, iżda riċentement fl-2015 kienu niżlu sat-92 post.

Il-Kamerun gawdew wkoll minn żieda kbira ta’ 10 postijiet sat-33 post, grazzi għar-rebħa tagħhom fuq il-Brażil.

L-Istati Uniti ħadu f’idejhom l-ogħla post tal-CONCACAF, sa tliet postijiet fit-13-il post hekk kif il-Messiku niżlu tnejn u issa jinsabu fil-15-il post.

Il-Kanada u l-Qatar sofrew l-ikbar waqgħet meta t-tnejn niżlu 12-il post fil-53 u 62 rispettivament. Wales waqgħu disa’ postijiet fit-28 post, id-Danimarka niżlu tmienja fit-18-il post u s-Serbja niżlu tmienja wkoll, fid-29 post.

L-aqwa 20 fil-lista l-ġdida tar-rankings huma: 1. Brażil; 2. Arġentina; 3. Franza; 4. Belġju; 5. Ingilterra; 6. Olanda; 7. Kroazja; 8. Italja; 9. Portugall; 10. Spanja.

MALTA TITLA’ POST

It-team Malti tela’ post u issa jinsab fil-167 wieħed minn 211-il pajjiż. Dan meta ma kienx impenjat mill-aħħar darba li ġew pubblikati r-rankings.

It-team tan-nisa jinsab fit-88 post fost 187 pajjiż.

Sport