Sunday, December 29, 2024

Il-Brażil ma jridux jilagħbu l-partita tal-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina li kienet ġiet sospiża

Aqra wkoll

Il-Brażil ma jridux jilagħbu l-partita ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li kienet ġiet sospiża kontra l-Arġentina minħabba riskji ta’ xi injuries qabel il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab fil-Qatar, f’Novembru li ġej, liema deċiżjoni se tittieħed mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport (CAS) aktar tard f’dan ix-xahar. 

Is-Selecao, flimkien mal-Albiceleste,  ikkwalifikaw b’mod komdu għall-Qatar 2022 minkejja li l-partita ta’ Settembru li għadda, f’Sao Paulo, twaqqfet wara sitt minuti meta uffiċjali tas-saħħa Brażiljani oġġezzjonaw għall-parteċipazzjoni ta’ erba’ players Arġentini li qalu li kisru r-regoli tal-kwarantina tal-Covid-19.

L-uffiċjali daħlu fil-ground  biex iwaqqfu  lill-erba’ players in kwistjoni bil-konsegwenza li nħoloq kaos … u l-partita ġiet sospiża.

Il-FIFA kienet mmultat liż-żewġ assoċjazzjonijiet u insistiet li din il-partita ta’ kwalifikazzjoni trid titlesta minkejja l-irrelevanza tagħha.

Iż-żewġ assoċjazzjonijiet ħadu l-każ quddiem il-CAS, li se jiddeċiedi aktar tard dan ix-xahar.

L-ebda data ma ġiet stabbilita mill-FIFA għall-partita, iżda huwa antiċipat li se tintlagħab f’Settembru.

Il-president tas-CBF, Ednaldo Rodrigues, qal li t-team nazzjonali Brażiljan ma jridx jilgħab il-partita xahrejn qabel it-Tazza tad-Dinja minħabba riskji għal injuries u sospensjonijiet flimkien ma’ bojkott possibbli tal-Arġentina.

Ekonomija

Sport