Brażil … 4
Korea ta’ Isfel … 1
Il-Brażil irriżultaw bħala wisq superjuri għall-Korea ta’ Isfel meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-1, bl-erba’ goals għalihom jaslu kollha fl-ewwel taqsima, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finali.
Il-Brażil fetħu l-iskor fis-seba’ minuta meta Raphinha qabeż lil Hwang In-beom fuq il-lemin, avvanza fil-kaxxa għadda lejn Neymar li iżda m’għamilx kuntatt mal-ballun, li finalment intemm għand Vinicius Junior li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fil-11-il minuta, il-Brażil rebħu penalty wara li r-referre Franċiż Celemnt Turpin ikkonsulta mal-VAR meta Jung waqqa’ lil Richarlison fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Neymar li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Brażiljani u fid-29 minuta għamluhom tlieta meta Thiago Silva serva fuq platt tal-fidda lil Richarlison li minn pożizzjoni ideali, b’eleganza u b’xamma kbira għall-goal tefa’ l-ballun fix-xibka.
U jidher li l-Brażiljani ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fis-36 minuta, għamluhom erbgħa permezz ta’ Paqueta li minn qagħda ideali tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fis-76 minuta, il-Koreani naqqsu l-marġni tal-iskor meta Paik venven xutt bid-dawra li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Brażiljan Alisson, bil-ballun jiġi devjat xi ftit.
Brażil: Alisson (Weverton 80), Eder Militao (Dani Alves 63), Marquinhos, Thiago Silva, Danilo (Bremer 72), Paueta, Casemiro, Raphinha, Neymar (Rodrygo 80), Vinicius Junior (Gabriel Martinelli 72), Richarlison Coach: Tite
Korea ta’ Isfel: Kim Seung-Gyu, Kim Moon-Hwan, Kim Min-Jae, Kim Young-Gwon, Kim Jin-Su (Chul Hong 46), Lee Jae-Sung (Lee-Kang In 74), Jung Woo-Young (Jun-Ho Son 65), Hwang In-Beom, Cho Gue-Sung (Ji-Jo Hwang 80), Son Heung-Min Coach: Paulo Bento
Referee: Clement Turpin (Franza)
Ammoniti: Woo-Young Jung (K)