Saturday, December 21, 2024

Il-Brażiljan Bremer se jkun eliġibbli biex jilgħab għall-Italja

Aqra wkoll

Skont il-midja Taljana, id-difensur ta’ Torino, Gleison Bremer, se jkun eliġibbli biex jilgħab mal-Azzurri hekk kif martu se tapplika għal passaport Taljan.

Bremer ġie msejjaħ l-Aqwa Difensur tas-Serie A għall-2021-22 minn Lega Calcio u huwa wieħed mill-aktar difensuri ċentrali mfittxija fl-Ewropa. Dan l-aħħar huwa estenda l-kuntratt tiegħu ma’ Torino sal-2023, iżda x’aktarx se jħalli l-club fis-sajf, bil-Granata jfittxu bejgħ fir-reġjun ta’ €25-€30 miljun.

Skont l-istess midja, Bremer jista’ jibdel kemm il-club kif ukoll il-pajjiż fix-xhur li ġejjin hekk kif martu Deborah Claudino se tapplika għal passaport Taljan.

Hija twieldet fil-Brażil iżda għandha antenati Taljani, għalhekk tista’ tapplika għaċ-ċittadinanza Taljana. Ladarba tiksibha, Bremer se jagħmel l-istess hekk kif id-difensur imwieled fil-Brażil huwa ħerqan li jikseb passaport Taljan ukoll.

Il-coach tal-Italja, Roberto Mancini, qed josserva mill-qrib is-sitwazzjoni, għalkemm għad irid jara jekk Bremer hux se jaċċetta li jilgħab mal-Italja. Il-player ta’ 25 sena qatt ma lagħab fl-ebda team taż-żgħażagħ Brażiljan u, ovvjament, qatt ma ddebutta fil-kbar ma’ La Seleçao.

Ekonomija

Sport