Ir-ritratti meħudin meta r-riħ kien qed jaħkem forza 7 min-Nofsinhar ix-Xlokk, juru t-trankwillità fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-Port ta’ Marsaxlokk u l-qilla tal-baħar fuq barra bil-mewġ jitkisser mal-breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten li qed ikun ta’ kenn għall-opri tas-sajjieda.

Xhieda ta’ kemm il-progress jista’ jkun ta’ benefiċċju għar-residenti kif ukoll għall-bqija tan-nies li jagħżlu li jżuru postijiet bħal dawn anke f’perjodu ta’ riħ qawwi bħalma ħakem ilbieraħ.