Friday, November 8, 2024

Il-Britanniku George Russell jirbaħ l-ewwel Grand Prix tal-karriera tiegħu

Aqra wkoll

Is-sewwieq Britanniku, George Russell (Mercedes) rebaħ il-Grand Prix tal-Brażil li sar fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos, f’Sao Paulo.

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Russell fil-karriera tiegħu u kienet ukoll l-ew­wel rebħa tal-Mercedes f’din l-edizzjoni. It-team iċċelebra l-ewwel żewġ postijiet bil-Britanniku Lewis Hamilton jispiċċa fit-tieni post. Iżda Hamilton xorta waħda huwa diżappuntat meta għall-ewwel darba naqas li jirbaħ tiġrija f’kampjonat wieħed. Fadallu opportunitá oħra, f’dik ta’ Abu Dhabi, li se ssir fl-20 ta’ dan ix-xahar.

Min-naħa tar-Red Bull, dawn iddiżappuntaw bil-kbir meta għall-ewwel darba f’dan l-istaġun naqsu jitilgħu fuq il-podju.

Filwaqt li ċ-champion renjanti, l-Olandiż Max Verstappen spiċċa fis-sitt post, il- Messikan Sergio Perez temm fis-seba’ post.

Fit-tielet u fir-raba’ postijiet spiċċaw iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, l-Ispanjol Carlos Sainz u dak minn Monaco Charles Leclerc … segwiti mill-Ispanjol Fernando Alonso (Alpine).

Intant, Hamilton u Verstappen kienu nvoluti f’argument wara li dan tal-aħħar mess mal-karozza tal-Britanniku wara bidu kaotiku.

It-tiġrijiet kienet għadha kif reġgħet bdiet wara ħabta bejn Daniel Ricciardo u Kevin Magnussen meta seħħ l-inċident.

Iżda meta reġa’ ngħata s-sinjal biex it-tiġrija titkompla, Russel ħarab waħdu biex jiftaħ il-vantaġġ filwaqt li Verstappen ipprova jattakka iżda mess mal-karozza ta’ Hamilton.

Lando Norris u Charles Leclerc imbagħad ħabtu ħafif f’xulxin biex dan tal-aħħar ħareġ miċ-ċirkwit. Kemm Verstappen kif ukoll Leclerc daħlu fil-pits biex jissewwew il-ħsarat tal-karozzi.

Fuq ir-radju Verstappen instema’ jgħid li Hamilton ma ħallielu l-ebda spazju iżda l-Britanniku wieġeb li dak ma kien l-ebda aċċident tat-tiġrija, jekk ma kellux mottiv ieħor. 

Tajjeb li wieħed isemmi li nhar is-Sibt, Russell rebaħ l-”isprint” biex rebaħ il-pole position li baqa’ jżommu sal-aħħar.

Wara t-tiġrija, is-sewwieq Britanniku esprima s-sodisfazzjon tiegħu billi qal li kien qed jgħix ħolma u kien għadu ma ġiex f’tiegħu biex verament japprezza din l-ewwel rebħa tal-karriera tiegħu.

Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 421 – Max Verstappen; 284 – Sergio Perez; 278 – Charles Leclerc; 239 – George Russell; 222 – Lewis Hamilton; 219 – Carlos Sainz.

Sport