Sunday, November 24, 2024

Il-Britanniku Thomas Pidcock jirbaħ it-12-il stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Bitanniku, Thomas Pidcock (Ineos Grenadiers) rebaħ it-12-il stadju tat-Tour de France li kien bejn Briancon u Alpe d’Huez fuq distanza ta’ 165.5 kilometri.

Huwa għamel attakk qawwi fl-aħħar erba’ kilometri u fl-aħħar 800 metru huwa kompla jżid il-veloċitá meta rreġistra ħin ta’  4 sigħat, 55 sekonda u 24 sekondi.

Fit-tieni post spiċċa s-Sud Afrikan (Intermarche-Wanty-Gobert Materiaux) b’distakk ta’ 48 sekonda, segwit mill-Brtiannku Chris Froome (Israel-Premier Tech), l-Amerikan Neilson Powless (EF Education–EasyPost) u s-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emira­tes) b’dan tal-aħħar jitla’ fit-tieni post tal-klassifika ġenerali hekk kif proprju nhar l-Erbgħa tilef l-ewwel post għas-spejjeż tad-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo-Visma).

Huwa għandu ħin ta’ 46 siegħa, 28 minuta u 46 sekondi u qed igawdi vantaġġ ta’ 2 minuti u 22 sekonda fuq Pogacar u 2 minuti u 26 sekonda fuq il-Britanniku Geraint Thomas (Ineos Grenadiers) li jinsab fit-tielet post.

Il-Ġimgħa jsir it-13-il stadju fuq distanza ta’ 193 kilometri bejn Le Bourg-d’Oisans u Saint-Etienne.

Sport