Sunday, September 29, 2024

Il-Budget 2025 se jsir fil-28 ta’ Ottubru

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li d-data li fih se jkun ippreżentat il-budget għas-sena d-dieħla se tkun it-Tnejn 28 ta’ Ottubru.

Dan intqal f’kumment minn New York fejn il-Prim Ministru qed jipparteċipa fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Fil-kummenti tiegħu, il-Prim Ministru tenna li dan il-budget se jenfasizza ħafna fuq is-soċjal sabiex tingħata l-opportunitá li kulħadd jimxi ‘l quddiem. Qal ukoll li se jkun Budget li jsaħħaħ il-middle class anke bl-introduzzjoni tat-twessigħ tat-text bands.

Abela qal li dan se jkun Budget illi l-inċnetivi fiskali se jkun qed jorbothom sfieq mal-ħames prijoritajiet li fihom trid tiġi direzzjonatha l-ekonomija. Il-Budget se jkun qiegħed ukoll jaħseb fil-pensjonanti għal darb oħra u li mhux se jkollu introduzzjoni ta’ taxxi ġodda.

Il-PM irrimarka li se jkun Budget li jagħti direzzjoni, fejn il-Gvern se jagħti l-viżjoni tiegħu għal Malta f’perjodu tal-għaxar snin illi ġejjin u li għalhekk se jkun hemm diskussjoni bil-viżjoni ta’ għada u pitgħada għal pajjiżna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport