Il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li d-data li fih se jkun ippreżentat il-budget għas-sena d-dieħla se tkun it-Tnejn 27 ta’ Ottubru.
Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela waqt attività politika f’Kennedy Grove, fil-Park Nazzjonali tas-Salina fejn enfasizza; “Ftit tal-ġimgħat se taraw u se tgawdu minn budget li se jkun aqwa minn kif kien qabel. Inħalluhom jgħidu li se jkun Budget ta’ qabel l-elezzjoni”
Fid-diskors tiegħu, il-PM qal ukoll li nhar it-Tnejn se jerġgħu jlaqqgħu l-Parlament. Qal ukoll; “Ħa nibdew l-abbozz tal- Ministru Byron Camilleri u l-Minisitru Chris Bonett. Il-ġiid se qassmuh ma’ kulħadd, ma’ dawk li jifilħu l-inqas u ma’ dawk li jkunu kkontribwew għalih. Qegħdin fil-politika biex intejjbu l-ghajxien”