Tuesday, October 28, 2025

Il-Budget 2026 qed ikompli jibni fuq il-ksibiet tal-Maltin u l-Għawdxin – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

Wieħed jinnota kif il-Budget 2026 qed ikompli jibni fuq il-ksibiet tal-Maltin u l-Għawdxin biex il-ħajja tissarraf aħjar. Għal darb oħra meta wieħed isegwi dak li nqara mill-Ministru tal-Fiinanzi Clyde Caruana, juri li l-Gvern dejjem kabbar l-ekonomija u mhux imur fuq politika ta’ awsterità. 

Dan iddikjarah id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’konferenza fil-Berġa ta’ Kastilja wara li tħabbar il-Budget għas-sena 2026. Il-Ministru Borg enfasizza li dan il-Budget juri li hemm rabta bejn it-tkabbir tal-ekonomija u Gvern li qed jifhem l-isfidi li jkunu qed jolqtu lin-nies.

Il-Ministru Borg sostna li dan il-Gvern qed ikompli jiġbed ħabel wieħed sabiex il-pajjiiż ikompli jimxi ‘l quddiem. Semma l-fatt kif pajjiżna ddaħħlet l-iskills card u hawn sostna li kull in jiġi hawn irid jaddatta u mhux bil-kontra. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport