Tuesday, October 28, 2025

Il-Budget saret dik il-ġurnata fejn wieħed jara x’se jieħu – il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana

Aqra wkoll

Il-Budget saret dik il-ġurnata fejn wieħed jara x’se jieħu. Dan għaliex bħal ma’ jgħid il-qawl Malti; “bla flus la tghannaq u lanqas tbus”. Huwa propju għax il-Gvern għandu l-flus, li qed iħabbar inizjattivi u miżuri li se jolqtu lil diversi Maltin u Għawdxin  

Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana f’konferenza fil-Berġa ta’ Kastilja wara li tħabbar il-Budget għas-sena 2026.  Il-Minisiru tal-Finanzi irrimarka li dak li tħabbar imkien fid-dinja ma ssib pajjiż daqshekk ġeneruż. 

Sostna li dan jixhed li meta l-Gvern joħroġ b’ċertu ideat, iwettaqhom għax dejjem jaħdem u jirsisti. Caruana qal ukoll; “Emminna f’policies u wasalna Il-mizura tat-tnaqqis tat-taxxi se tkun qed taħdem u nemmnu li se ġġib bidla fil-mentalità. Illum b’dan li qed nagħmlu, qed nagħtu iktar spazju lil familja għal ħin”.

Semma kif ċertu familji se jitħallsulhom parti minn loan u għalhekk dawn qed jingħataw din l-għażla għax l-għajnuna li qed tingħata hija bla preċident. Tenna jgħid li bil-Partit Laburista fil-Gvern, il-finanzi tal-pajjiż skontu kienu, għadhom u se jibqgħu b’saħħithom

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport