Saturday, November 23, 2024

Il-budget ta’ Malta approvat mill-Kummissjoni Ewropea

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-baġit imressaq mill-Gvern Malti jikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew.

Fir-rapport tekniku tagħhom, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea qalu li, “most of the measures set out in the Draft Budgetary Plan of Malta are supporting economic activity against the background of considerable uncertainty”.

L-ekonomisti tal-Kummissjoni Ewropea kkalkulaw li l-għajnuniet diretti tal-gvern laħqu l-5.8% tal-ġid nazzjonali. Dan minbarra miżuri ta’ likwidità, fosthom 1.5% tal-ġid nazzjonali f’differiment tat-taxxi u 2.8% tal-ġid nazzjonali fi djun issussidjati u garantiti mill-Bank Malti għall-Iżvilupp.

Fir-rapport tekniku tagħhom l-esperti tal-Kummissjoni jsostnu wkoll li, “the retained and new measures amount to some 2.2% of GDP and are concentrated on the expenditure side”.

Fost l-oħrajn ir-rapport jsemmi li l-wage supplement ser ikompli jsostni l-impjiegi, kif ukoll l-iskema tal-vouchers u t-tnaqqis fit-taxxa tal-boll. L-esperti Ewropej isemmu wkoll it-titjib fil-benefiċċji għall-familji u l-pensjonanti, kif ukoll l-investiment pubbliku qawwi fl-infrastuttura.

Ir-rapport jinnota wkoll kif il-gvern qed jalloka fondi favur il-qalba ambjentali, bl-għan li jinċentiva “the circular economy and transform Malta into a resource-efficient economy in line with the European Green Deal”.

Il-gvern jinnota li waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-istimi tal-gvern fuq l-andament tal-finanzi pubbliċi ma jitwemmnux, l-esperti tal-Kummissjoni jikkonkludu li l-istimi tal-Gvern Malti fuq id-dejn nazzjonali huma, “similar to the Commission’s projection”, u mhux ser jaqbżu s-60% tal-ġid nazzjonali.

B’kuntrast, fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti kemm-il darba l-istimi ma kinux jingħataw kredtu mill-Kummissjoni u pajjiżna tpoġġa tliet darbiet fil-proċedura tad-deficit eċċessiv.

Mhux talli l-Kummisjoni qed temmen l-istimi tal-gvern fuq il-baġit, imma saħansitra jingħad li, “the evolution of the deficit in 2021 could turn out more favourable as a result of higher economic growth from the implementation of measures financed by the Recovery and Resilience Faciility”.

Il-gvern jinnota wkoll li kontra n-negattività tal-Oppożizzjoni, il-Kummissjoni Ewropea qed tgħid lill-gvern li l-affarijiet jistgħu jkunu aħjar milli qed isostni.

Il-gvern jilqa’ dan iċ-ċertifikat pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea, u jinsab lest biex issa jimplimenta dawn il-miżuri, kif ukoll biex jieħu passi addizzjonali ħalli jsostni l-familji u n-negozji ta’ pajjiżna.

Sport