Tuesday, December 24, 2024

Il-budget ta’ Manchester United fis-suq tat-trasferimenti se jkun ta’ £100 miljun

Aqra wkoll

l-budget ta’ Manchester United fis-suq tat-trasferimenti se jkun £100 miljun fis-sajf li ġej, irrispettivament min se jixtri l-club jekk hux il-konsorzju mill-Qatar jew inkella l-Britanniku Jim Ratcliffe. 

Tard is-sena li għaddiet il-familja Glazer ħabbret li kienet se tkun miftuħa għall-bejgħ tal-club jew inkella injezzjoni ta’ fondi bi skambju għal sehem parzjali.

Il-ġimgħa li għaddiet kienet it-tielet, u finali għall-iskadenza għall-partijiet biex jagħmlu offerti biex jixtru l-club minn Old Trafford, b’Sheikh Jassim u Sir Jim Ratcliffe t-tnejn jissottomettu l-offerti.

Peró, issa ġie żvelat li l-budget tal-United se jkun limitat minħabba r-regoli finanzjarji tal-Fair Play u l-uniku mod kif jistgħu jiġbru fondi addizzjonali huwa billi jbigħu diversti players.

Wara r-rebħ tal-League Cup, ir-Red Devisl jinsabu fil-finali tal-FA Cup kif ukoll b’ċans tajjeb li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League.

Mistoqsi jekk hux se jkollu l-fondi meħtieġa għas-suq tat-trasferimenti li ġej irrispettivament min se jixtri l-club, il-coach Erik ten Hag qal: “M’għandix ħjiel. M’għandix influwenza biex nagħmel dan. Jien nidentifika l-players li nkun irrid u mbagħad jiġi diskuss dwar il-fondi.”

Ekonomija

Sport