Friday, November 21, 2025

Il-bugħaddasa salvati jirrifjutaw l-għajnuna medika wara li sabu diffikultà fid-Dwejra

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-1.15 p.m meta l-ħaddiema tas-salvataġġ ġew informati li kien hemm 3 bugħaddasa li ma telgħux lura l-art ma’ sħabhom.

Mill-ewwel bdiet operazzjoni tas-salvataġġ fejn fuq il-post marru Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, uffiċjali tal-Pulizija u anke timijiet mediċi.

Bdiet tfittxija wkoll permezz ta’ dghajsa mill-forzi Armati ta’ Malta u t-3 persuni ntlemħu fuq dik li kienet it-tieqa tad-Dwejra.

Huma ġew salvati u ttieħdu lejn il-Port tal-Imġarr fejn sabu l-istess timijiet mediċi jistennew.

Informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li t-3 persuni salvati kienu jagħmlu parti minn grupp ta’ għaddasa.

Għal xi raġuni meta ġew biex jidħlu lura lejn l-inland Sea huma ma setgħux isibu l-entratura minħabba l-baħar qawwi li kien hemm.

Sħabhom telgħu lura u nformaw lill-awtoritajiet li kien hemm 3 minnhom neqsin. Jidher li huma kienu ilhom madwar siegħa f’mewg kbir sakemm ġew salvati.

Wara li daħlu l-Imġarr huma rrifjuta l-għajnuna medika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport