Saturday, October 26, 2024

Il-bużżieqa “Ċiniża” li ttajru fuq l-Istati Uniti ma kienet qed tiġbor l-ebda informazzjoni

Aqra wkoll

Il-bużżieqa “Ċiniża” li fi Frar li għadda kienet qed tittajjar fuq l-Istati Uniti ma kienet qed tiġbor l-ebda informazzjoni. Dan tħabbar minn investigaturi fil-Pentagon wara ġimgħat sħaħ jistudjaw x’setgħet kienet il-bużżieqa.

L-Istati Uniti kienet splodiet din il-bużżieqa fuq suspetti li din kienet mibgħuta mill-Gvern Ċiniż biex tiġbor inteliġenza dwar l-Istati Uniti. Iżda mill-bidu nett il-Gvern Ċiniż kien sostna li din il-bużżieqa mhux qed tiġbor l-ebda informazzjoni, iżda kienet qed tgħin fit-tbassir tat-temp.

Kawża ta’ din l-inċident ir-relazzjonijiet bejn l-Isati Uniti u ċ-Ċina marru ħafna għall-agħar.

Il-Brigadiet Ġenerali Pat Ryder li hu wkoll il-kelliem għal Pentagon qal f’konferenza tal-aħbarijiet li “konna ċerti li l-bużżieqa kienet qed tiġbor informazzjoni dwar il-pajjiż, iżda wara li saru l-eżamijiet u studji fuqha ġie stabbilit li din il-bużżieqa ma ġabret l-ebda informazzjoni hekk kif kienet qed tittajjar fuq l-Istati Uniti.”

Sport