Sunday, December 22, 2024

Il-call centre tal-HSBC fi Swatar se jieqaf jopera

Aqra wkoll

Il-call centre li l-HSBC għandha fi Swatar se jkun qiegħed jieqaf u dan bħala parti mir-ristrutturar li l-grupp qed jagħmel fuq bażi internazzjonali.

Fid-dawl li l-call centre kien jaħseb biss għas-suq internazzjonali, l-HSBC ikkonfermaw li din id-deċiżjoni ma taffetwax l-operat l-ieħor tal-bank f’Malta.

Il-Gvern fi stqarrija qal li fid-dawl ta’ din id-deċiżjoni, il-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet mal-ewwel għamel kuntatt ma’ numru ta’ operaturi f’dan il-qasam illi għandhom numru kbir ta’ postijiet tax-xogħol relatati mhux mimlija.

Minn dawn il-kuntatti jirriżulta li dawk li se mhux se jibqgħu jaħdmu mal-HSBC jistgħu jsibu karrieri alternattivi ma’ kumpaniji oħrajn b’mod immedjat u li fihom ikomplu jużaw il-ħiliet li diġà għandhom.

Għaldaqstant, il-Ministeru se jkun qiegħed iservi bħala interlokutur bejn dawn il-ħaddiema u l-kumpaniji privati b’opportunitajiet ta’ xogħol simili ħalli jaġġevola kemm jista’, il-proċess biex dawn il-ħaddiema jsibu karriera alternattiva.

L-aħħar rapporti tal-Eurostat juru li bħalissa f’pajjiżna fl-industrija privata hawn nuqqas ta’ 7,051 ħaddiem. Dan filwaqt li pajjiżna għandu l-anqas rata ta’ qgħad madwar l-Ewropa. Għalhekk din il-klima toffri opportunità biex is-suq jassorbi dawn il-ħaddiema.

Ekonomija

Sport