Saturday, November 23, 2024

Il-call centres ta’ għajnuna dwar il-Covid-19 b’aktar minn 255,000 minn Marzu

Aqra wkoll

Sa minn Marzu li għadda l-call centres li nħolqu speċifikament għall-pandemija tal-Covid-19 irċevew xejn inqas minn 255,000.

Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’filmat li pubblika fuq il-midja soċjali.

Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ dawn il-call centres, Fearne qal li 93% tat-telefonati ġew imwieġba b’suċċess.

Permezz ta’ dawn it-telefonati ġew ibbukkjati 17,118-il appuntament għal swab tests, filwaqt li saru total ta’ 12,654 arranġament biex jitwassal ikel lil dawk il-persuni li ma setgħux joħorġu minn djarhom fl-eqqel tal-pandemija.

Sport