Dylan Caruana, il-captain ta’ Fgura United li weġġa’ f’inċident fil-grawnd nhar il-Ħadd, għadu fit-taqsima tal-kura intensiva.
Caruana, li għandu 30 sena, weġġa’ wara li ħabat ras ma’ ras ma’ sieħbu fit-tim Alan Abdel Rahman fl-aħħar minuti ta’ logħba kontra St Andrews l-intlagħbet fic-Centenary Stadium f’Ta’ Qali nhar il-Ħadd.
Abdel Rahman ħareġ mill-isptar it-Tnejn filgħaxija. Madankollu, il-kundizzjoni ta’ Caruana għadha serja wara li sofra ġrieħi gravi f’rasu.
Intant il-klabb ta’ Fgura United qiegħed jappella sabiex tiġi mħarsa l-privatezza tal-familjari f’dawn iċ-ċirkostanzi delikati. Barra minn hekk, il-klabb qed jieħu l-miżuri professjonali neċessarji sabiex joffri sostenn lill-atleti u lill-istaff tiegħu.
F’dan l-ispirtu, saret talba biex il-logħba ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Balzan tiġi posposta, liema talba huwa mifhum li se tiġi milqugħa mill-MFA.



