Saturday, October 26, 2024

“Il-carers barranin mhumiex problema imma barka … irridu nkomplu nagħfsu biex dawn jiġu Malta”

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva jirrikonoxxi li hemm bżonn iżjed taħriġ tal-lingwa Maltija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-carers barranin mhumiex problema… il-carers barranin huma barka. Qegħdin f’kompetizzjoni ma’ pajjiżi oħra biex dawn jiġu f’pajjiżna. Li nibdew billi ngħidu li għandna problema hija żbaljata. Li hemm problema bil-lingwa hija xi ħaġa li kulħadd jafha”. Iddikjara dan il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Joe Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputata nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici li esprimiet it-tħassib tagħha rigward in-nuqqas ta’ abbiltà mill-carers f’San Vinċenz u residenzi oħra biex jitkellmu l-Malti jew l-Ingliż.

Il-Ministru Abela kompla biex jiċċara li għalkemm huwa konxju li hemm problema tal-lingwa, Malta qiegħda f’kompetizzjoni ma’ pajjiżi oħra biex fl-aħħar mill-aħħar tattira lil dawn il-carers biex jiġu jaħdmu hawn. 

Il-Ministru saħaq li ngħidu x’ngħidu l-lingwa Maltija hija diffiċli. Żied jgħid li madanakollu dan ma jfissirx li mhux se naslu u l-gvern għandu ħafna inizjattivi biex dawn jitgħallmu l-Malti wkoll. Min-naħa l-oħra huwa spjega wkoll li dawk impjegati mal-kuntrattur qegħdin jiġu mħeġġa wkoll biex jingħata dan it-taħriġ lil dawn il-carers ukoll. Qal ukoll li hemm domanda kbira ta’ mill-inqas 900 applikazzjoni għal dawn il-korsijiet kull sena u li tkun inkwetanti kieku dawn iċ-ċifri jonqsu għax ikun ifisser li dawn ikunu qegħdin jagħżlu pajjiżi oħra fosthom l-Awstralja. “Irridu nkomplu nagħfsu u nissieltu biex dawn il-persuni jiġu Malta u mkien iktar”, temm jesiġi l-Ministru. 

Sport