Il-clubs il-kbar Ewropej irrifjutaw proposta mill-FIFA biex tiġi mnedija Tazza tad-Dinja tal-Clubs ġdida fis-sajf 2025.
Il-FIFA ilha tfittex l-approvazzjoni biex torganizza kompetizzjoni komposta minn 32 team fl-Istati Uniti waqt negozjati li saru f’Doha, il-Qatar, matul dawn l-aħħar ġimgħat, iżda l-clubs qed jirrifjutaw li japprovaw il-proposti.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-federazzjoni dinjija kienet qed tittama li tilħaq ftehim waqt laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Clubs Ewropej, li tirrappreżenta l-interessi tal-220 club ewlieni Ewropej.
Iżda l-President Gianni Infantino deher irrabjat li l-proġett tiegħu ġiex iffirmat.
F’dak li ġie interpretat bħala att ta’ retribuzzjoni, il-FIFA mbagħad irrifjutat li tiffirma Memorandum of Understanding [MoU] mal-ECA minkejja li l-ftehim attwali jiskadi fil-31 ta’ Diċembru.
Il-MoU huwa ftehim bejn il-FIFA u l-clubs li jkopru l-kalendarju internazzjonali tal-logħob, id-dati tat-trasferimenti tal-players u l-kumpens imħallas lill-clubs.
Jekk il-ftehim ġdid ma jiġix iffirmat, il-clubs in kwistjoni jistgħu teoretikament jirrifjutaw li jirrilaxxaw players biex jilagħbu għal pajjiżhom matul il-kalendarju internazzjonali li jmiss, f’Marzu.
Il-FIFA ilha għal diversi snin tipproġetta li terġa’ tniedi t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs u s-sena li għaddiet kienet ippjanata li ssir kompetizzjoni ta’ 24 team fiċ-Ċina iżda l-idea ġiet abortita minħabba l-Covid-19.
Min-naħa tagħha, il-UEFA qed topponi dan il-kunċett li tqisu bħala theddida għall-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League, għalkemm il-clubs jistgħu jiġu aċċertati jekk dan ikollu qligħ biżżejjed fost xnigħat li l-FIFA se toffri £150 miljun fi premju fi flus.