Skont dak li qed tiżvela l-media Arġentina, Boca Juniors se jkunu qed jaħtru lil Diego Martinez bħala l-coach ġdid tagħhom. Dan tal-aħħar għandu 44 sena u bħalissa qed imexxi lil Tigre, tim li ta valur lill-attakkant internazzjonali Mateo Retegui (li hu proprjeta’ ta’ Boca Juniors).
Meta mistoqsi f’konferenza stampa li ta lill-mezzi tax-xandir Arġentini, Martinez la ċaħad u lanqas ikkonferma dawn l-għidut għalkemm hu sostna li bħalissa hu coach ta’ Tigre u qed jaħseb biss fuqhom.