Sunday, December 22, 2024

Il-coach Max Allegri jgħid li l-iskwadra hija serena minkejja l-investigazzjonijiet fuq Juventus

Aqra wkoll

L-investigazzjoni li għaddejja bħalissa dwar it-trasferimenti minn Juventus m’għamlet xejn biex taffettwa l-atmosfera kalma tad-dressing room, qal il-coach, Massimiliano Allegri, qabel il-logħba tas-Serie A kontra Genoa tal-Ħadd filgħaxija

Il-ġimgħa l-oħra l-prosekuturi Taljani fittxew fl-uffiċċji tal-club ta’ Turin bħala parti minn investigazzjoni dwar trasferimenti ta’ players, li fihom it-termini tal-bejgħ fis-sajf li għadda ta’ Cristiano Ronaldo lil Manchester United.

Il-każ qajjem taħwida fil-midja Taljana, iżda Juventus tennew li dejjem aġixxew b’konformità mal-liġijiet eżistenti. Allegri qal li l-każ ma għamel xejn biex ifixkel il-preparazzjoni tat-team tiegħu.

“L-ambjent huwa wieħed ta’ serenità rilevanti. Dak li rridu huwa li nagħmlu sensiela rebbieħa flimkien,” huwa qal qabel il-logħba.

“M’għandi xejn xi ngħid dwar il-bqija, il-club ħareġ stqarrijiet għall-istampa u għandu professjonali biex jieħdu ħsieb tal-każ.”

Nhar it-Tlieta tal-ġimgħa l-oħra, Juventus għelbu lit-team tal-qiegħ tal-klassifika, Salernitana 2-0, biex irkupraw mit-telfiet wara xulxin kontra Chelsea u Atalanta.

It-team ta’ Allegri, jinsab fis-seba’ post fis-Serie A wara bidu ħażin tal-istaġun, u l-Ħadd għelbu lil Genoa li llum huma mmexxijin minn Andriy Shevchenko, 2-0 ukoll.

Ekonomija

Sport