Friday, October 3, 2025

Il-coach nazzjonali De Leo jħabbar skwadra ta’ 30 player għal konta l-Olanda u l-Bosnja

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali, Emilio de Leo, ħabbar skwadra ta’ 30 player għall-partiti internazzjonali li ġejjn matul dan ix-xahar, li jinkludu partita ta’ Kwalifikazzjoni Ewropea tat-Tazza tad-Dinja 2026 kontra l-Olanda u logħba ta’ ħbiberija kontra Bosnja Herzegovina, f’darna

Malta l-ewwel se tiffaċċja lill-Olanda, li qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ta’ Grupp G, flimkien mal-Polonja iżda b’logħba nieqsa, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru fid-8.45pm. Din se tkun segwita mil-logħba ta’ ħbiberija kontra Bosnia Herzegovina,  nhar il-Ħadd, 12 ta’ Ottubru fis-7.00 pm biż-żewġ logħbiet jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali.

De Leo jilqa’ r-ritorn ta’ żewġ players ewlenin, il-midfielder ta’ Stade de Reims Teddy Teuma, li jinsab lura fl-iskwadra wara li rkupra minn injury, u d-difensur xellugi ta’ Hamrun Spartans Ryan Camenzuli, li tilef il-logħbiet ta’ Settembru.

Il-midfielder ta’ Gzira United, Andrew Borg, huwa inkluż ukoll fl-iskwadra. Filwaqt li ġie msejjaħ fil-passat, din hija l-ewwel għażla tiegħu taħt De Leo, wara perjodu ta’ forma tajba f’kompetizzjonijiet domestiċi.

Malta se tkun mingħajr Paul Mbong, li jilgħab mat-team Serb, FK Cukaricki, u lid-difensur ta’ Chaves FC, Zach Muscat għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Olanda għax huma sospiżi.

Iżda huma se jkunu fl-iskwadra għal-logħba kontra Bosnia Herzegovina. 

Id-difensur ta’ Wigan Athletic, James Carragher, għadu qed jirkupra minn operazzjoni.

Id-difensur veteran Steve Borg, ta’ Valletta, se jirritorna fl-iskwadra iżda se jkun disponibbli biss għal-logħba ta’ ħbiberija kontra Bosnia Herzegovina. Din il-logħba se sservi bħala l-aħħar dehra tiegħu mat-team nazzjonali, u timmarka t-tmiem ta’ karriera internazzjonali distinta f’dik li hija meqjusa bħala l-logħba testimonjali tiegħu.

L-iskwadra ta’ Malta se tibda tħejjijiet fil-jiem li ġejjin hekk kif tkompli  tibni fuq il-prestazzjonijiet riċenti u tkompli tiżviluppa taħt it-tmexxija ta’ De Leo, wara li kisbet punt fi draw ta’ 1-1 barra minn xtutna kontra l-Litwanja fl-aħħar logħba ta’ kwalifikazzjoni ta’ Grupp G tat-Tazza tad-Dinja qabel ma rreġistrat rebħa ta’ 3-1 kontra San Marino f’logħba ta’ ħbiberija, f’Settembru li għadda.

L-iskwadra hija din:

Goalkeepers

Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), James Sissons (Chesterfield FC – Ingilterra).

Difensuri

Zach Muscat* (Chaves FC – Portugall), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk FC), Kurt Shaw (Sorrento FC – Italja), Enrico Pepe (Marsaxlokk FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg** (Valletta FC), Gabriel Mentz (Gzira United FC), Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Neil Micallef (Birkirkara FC).

Midfielders

Matthew Guillaumier (Panserraikos FC – Greċja), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Alexander Satariano (Athens Kallithea FC – Greċja), Steve Pisani (Sliema Wanderers FC), Yannick Yankam (Valletta FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC – FRA), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Andrew Borg (Sliema Wanderers FC)

Attakkanti

Joseph E. Mbong (Hamrun Spartans FC), Jodi Jones (Notts County FC – Ingilterra), Paul Mbong* (FK Čukarički – Serbja), Ilyas Chouaref (Sion FC – Żvizzera), Irvin Cardona (AS Saint-Étienne – Franza), Basil Tenywa Tuma (Reading FC – Ingilterra), Keyon Ewurum (Valletta FC), Kemar Reid (Birkirkara FC)

*sospiż għall-partita kontra l-Olanda

** disponibbli biss għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Bosnia Herzegovina.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport