Il-coach ta’ Ajax, Alfred Schreuder, jinsab kunfidenti li l-attakkant internazzjonali Brażiljan se jibqa’ mal-club.
Dan minħabba li l-istess Ajax qed jirrifjutaw kull offerta mingħand Manchester United fuq insistenza tiegħu minħabba li jinsab fil-pjani tiegħu.
Il-player ta’ 22 sena kien informa lill-club li jixtieq imur jilgħab mar-Red Devils u tneħħa minnufih mill-iskwadra u bħalissa qed jittrenja waħdu.
U minkejja li l-aħħar offerta tal-United kienet dik ta’ €80 miljun, il-club Olandiż baqa’ jżomm sod biex Antony jibqa’ f’Amsterdam Arena.