Friday, November 22, 2024

Il-coach tal-Ingilterra Gareth Southgate se jikkunsidra l-futur tiegħu

Aqra wkoll

Il-coach tal-Ingilterra, Gareth Southgate,  qal li se jieħu ż-żmien tiegħu qabel ma jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu wara d-diżappunt kbir tat-telfa fil-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra Franza bl-iskor ta ta’ 2-1.

Erba’ snin ilu, l-Ingliżi waslu sas-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni u fil-finali tal-Euro 2020 biex l-istennija tagħhom għar-rebħ ta’ unur maġġur issa ilha aktar minn 56 sena meta l-uniku wieħed li rebħu kien it-Tazza tad-Dinja 1966. 

Southgate qal li jrid jirrifletti u jikkunsidra fl-futur tiegħu mat-team nazzjonali. 

“Kull meta spiċċajt dawn it-tournaments kelli bżonn iż-żmien biex nieħu deċiżjonijiet korretti għax emozzjonalment tgħaddi minn tant sentimenti differenti u l-enerġija hija enormi u għalhekk irrid nieħu d-deċiżjoni t-tajba … għalija, għat-team, għall-FA u fuq kollox għall-partitarji,” huwa qal. 

Southgate, li l-kuntratt tiegħu jintemm f’Diċembru 2024,  stqarr li għadu kmieni biex jieħu deċiżjoni. 

“Hemm il-kwalifikazzjonijiet (tal-Euro 2024) f’Marzu u bħalissa qed inħoss it-toqol tal-eliminazzjoni. 

“Xtaqt niffoka totalment fuq dan it-tournament u nemmen li tajna rendikont tassew tajjeb tagħna nfusna lill-bqija tad-dinja, iżda fl-aħħar mill-aħħar team wieħed biss jirbaħ.

“Hemm ħafna punti li jawguraw tajjeb għall-futur minħabba l-profil żagħżugħ fl-iskwadra u l-prestazzjoni tagħhom kontra Franza kienet fost l-aqwa kemm ilni fit-tmexxija. 

“Ninsab kburi ħafna bil-wirjiet tal-players kollha matul dan it-tournament,” temm jgħid Southgate. 

Sport