Friday, December 20, 2024

Il-coach tal-Marokk Walid Regragui jfaħħar lill-players tiegħu minkejja l-eliminazzjoni fis-semifinali kontra Franza

Aqra wkoll

Il-coach tal-Marokk, Walid Regragui, faħħar il-mixja tat-team tiegħu li kiteb l-istorja fil-Qatar u żvela wkoll lil min irid jirbaħ il-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn l-Arġentina u Franza.

L-Atlas Lions saru l-ewwel nazzjon Afrikan li wasal sas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni, bil-progress impressjonanti tagħhom ġie mwaqqaf meta sfaw megħluba miċ-champions renjanti, Franza. 

Dan il-konfront maċ-champions renjanti kien wieħed mill-aktar diffiċli u t-telgħa saret aktar diffiċli meta wara biss ħames minuti l-Franċiżi fetħu l-iskor minn Theo Hernandez. Imbagħad tard fit-tieni taqsima, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tas-sostitut Randal Kolo Muani.

Minkejja li l-vjaġġ tal-Marokk intemm f’din is-semifinali, huma xorta waħda jistgħu jkunu kburin b’dak li rnexxielhom jiksbu fil-mixja meraviljuża tagħhom biex se jħallu l-Qatar b’rashom mgħollija wara li jilagħbu l-partita kontra l-Kroazja għat-tielet post. 

Il-coach Regragui stqarr li jinsab kburi bit-team tiegħu u żvela wkoll lil min se jkun qed jappoġġa fil-finali ta’ nhar il-Ħadd li ġej. 

“Aħna tajna l-massimu tagħna, dik hija l-iktar ħaġa importanti,” huwa qal. Urejna lid-dinja li l-footbal jeżisti fil-Marokk u li għandna partitarji kbar.

“Kellna players neqsin minħabba injuries … tlifna lil Aguerd fil-warm-up, Saiss, Mazraoui wara ftit minuti tal-logħba … iżda m’hemmx skużi.

“Ġejna kkastigati mal-iċken żball. Ma dħalniex sew fil-logħba minħabba li sofrejna goal kmieni … u t-tieni goal qatilna. Iżda dan ma jneħħix dak kollu li għamilna f’dan it-tournament. 

“Il-players tiegħi taw kollox u taw dak kollu li setgħu. Issa se nappoġġjaw lil Franza.”

Jekk Franza tirbaħ il-finali tal-Ħadd li ġej fil-Lusail Stadium, huma jsiru l-ewwel team f’60 sena li jżomm it-Tazza tad-Dinja, wara r-rebħiet tal-Brażil fl-1958 u fl-1962.

Ekonomija

Sport