Friday, November 22, 2024

Il-coach tal-Olanda se jiddixxiplina lil Ryan Gravenberch

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tal-Olanda, Ronald Koeman, jinsab ferm irrabjat għall-midfielder, Ryan Gravenberch, wara li dan ħabbar li mhux se jingħaqad mal-iskwadra ta’ Taħt il-21 sena minkejja s-sejħa tal-coach, Erwin van de Looi, għal-logħbiet kontra r-Rumanija u Georgia, validi mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew. 

Gravenberch għadu kif ingħaqad ma’ Liverpool mingħand Bayern Munich, proprju fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasfe­rimenti, jiġifieri, nhar il-Ġimgħa li għadda. 

Huwa sostna li jrid juża dawn il-ġimgħatejn li ġejjin biex jidra l-ambjent u din il-waqfa internazzjonali se tgħinu biex jintegra lilu nnifsu fl-iskwadra u jaħdem mill-qrib mal-coach il-ġdid, Jurgen Klopp, hekk kif il-partita li jmiss hija għand Wolves. 

Peró, Koeman wieġeb li Gravenberch se jiġi ddixxiplinat u fil-futur qrib mhux se jkun fost l-għażla tal-coaches.  

Sport