Il-CONMEBOL li hi l-għaqda ta’ federazzjonijiet tal-futbol mill-Amerikana t’Isfel, stqarret b’mod unanimu l-appoġġ tagħhha għall-president tal-FIFA Gianni Infantino li qed ifittex it-tielet mandat tiegħu hekk kif l-elezzjoni għal din il-kariga se ssir f’Marzu tas-sena li ġejja.
Il-federazzjonijiet tal-futbol Sudamerikani sostnew fi stqarrija waħda li dejjem raw il-ġid taħt dan il-president u kienet xi ħaġa naturali li jkomplu jappoġġjawh.
Infantino ġie elett bħala president tal-FIFA fi Frar 2016 u ħa post Sepp Blatter.