Raġel ta’ 68 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’pajjiżna. Ir-raġel huwa d-disa’ vittma tal-virus f’pajjiżna, u t-tieni persuna li miet fi żmien ftit sigħat.
Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Mejju. Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.
Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, ftit tal-ħin ilu.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.