Saturday, November 23, 2024

Il-Covid-19 jista’ joqtol 190,000 persuna din is-sena fl-Afrika

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas- Saħħa qalet li qiegħed ikun ikkalkulat li sa 190,000 persuna jistgħu jkunu qegħdin imutu fl-Afrika matul din is-sena biss kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Dan jista’ jseħħ jekk il-miżuri ta’ konteniment ġewwa dan il-kontinent ifallu. L-esperti qed jibżgħu wkoll li l-imxija f’dan il-pajjiż tista’ ddum għal numru ta’ snin.

It-twissija tal-WHO saret wara li għadd ta’ nazzjonijiet kbar ġewwa l-Afrika, fosthom in-Niġerja, l-Afrika t’Isfel u l-Kosta tal-Avorju, bdew jirrilassaw ċertu miżuri tal-lockdown.

Studju ppubblikat juri li bejn 29 u 44 miljun persuna oħra f’dak meqjus bħala WHO African region, jistgħu jiġu infettati bil-pandemija matul din is-sena. L-istudju jgħid ukoll li bejn 83,000 u 190,000 jistgħu jmutu f’dan l-istess perjodu. Dan l-istudju huwa bbażat fuq mudell ta’ previżjoni u huwa okat fuq 47 pajjiż l-WHO African region li għandhom popolazzjoni konġuna ta’ biljun. Fil-lista ta’ dawn il-pajjiżi m’hemmx inklużi l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, il-Ma- rokk, l-Eritrea, is-Sudan, is- Somalja u Djibouti.

Sport