Tuesday, May 14, 2024

Il-COVID Alert Malta kienet l-iktar app popolari fost il-Maltin

Skont statistika uffiċjali mill-aġenzija servizz.gov għall-ewwel tliet xhur tal-2022

Aqra wkoll

Fl-ewwel kwart tas-sena ġie rilokat iċ-ċentru tekniku, dak magħruf bħala Ċentru Servizz Familja. Dan sar proprju fi Frar ġewwa l-Belt Valletta. F’dan il-kwart tas-sena, ġew irreġistrati ftit inqas minn 86,000 żjara fit-22 ċentru reġjonali u fit-tliet ċentri tekniċi ta’ servizz.gov f’Malta. L-iktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu dawk taż-Żejtun, tal-Mosta u tal-Ħamrun.

Min-naħa l-oħra, l-iktar ċentru tekniku li laqa’ persuni kien dak tat-Taxpayer Service servizz.gov. F’dan il-kwart tas-sena ġew irreġistrati 10,618-il żjara.

Matul Jannar, Frar u Marzu l-Freephone 153 wieġeb total ta’ 200,441 telefonata. L-ikbar numru ta’ mistoqsijiet kienu dwar Tax Return u fuq iċ-Ċekk tar-Rifużjoni tat-Taxxa. Fi Frar, Freephone 153 beda jirċievi wkoll telefonati fuq Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Ħarsa lejn il-one-stop-shop online turi li s-sit elettroniku www.servizz.gov.mt 

baqa’ mfittex mill-klijenti ta’ servizz.gov. Fil-fatt, fl-ewwel kwart tas-sena, il-klijenti ta’ servizz.gov aċċessaw is-sit 317,218-il darba.

In-numru totali ta’ downloads ta’ mobile apps permezz tal-maltapps launcher kien 11,513. L-iktar app popolari kienet COVID Alert Malta, li tniżżlet 3,364 darba.

Min-naħa l-oħra ntbagħtu 13,984 ittra elettronika lil [email protected], filwaqt li Marzu kien l-aktar xahar li fih l-aġenzija rċeviet ittri elettroniċi.

servizz.gov għandu preżenza wkoll fuq il-midja soċjali kemm fuq Facebook kif ukoll fuq Instagram.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika uffiċjali miġbura mill-aġenzija servizz.gov 

għall-ewwel kwart tas-sena 2022.

Sport