Wara perjodu li bħal donnu ħadd ma baqa’ jsemmi l-Covid-19, issa jidher li dan il-vajrus qed jerġa’ jgħolli rasu hekk kif fir-Renu Unit qed ikunu rrapportati 93,000 każ kuljum ġdid.
Dan in-numru mistenni li jkompli jiżdied hekk kif illum fir-Renju Unit jiftħu l-iskejja u kull restiruzzjoni li kien hemm tneħħit biex il-ħajja reġgħet lura għan-normal.
Informazzjoni li ħarġet minn studju mħejji minn espertif is-saħħa qalu li b’kollox qegħdin jiġu rreġistrati 92,965 każ ġdid ta’ Covid-19 fil-pajjiż u dan meta fil-bidu ta’ Awwissu kienu qegħdin jiġu rreġistrati 50,000 każ kuljum ġdid.
Jingħad li bħalissa 1.15 miljun persuna li jgħixu fir-Renju Unit għandhom il-Covid li jfisser wieħed minn kull 58 persuna. L-Awtoritajiet Ingliżi jinsabu mħassbin minħabba l-varjant il-ġdid li ngħata l-isem ta’ Pirola. Qalu li minħabba dan il-varjant il-ġdid kif ukoll minħabba li t-tilqimiet li ħadu n-nies tilfu mis-saħħa tagħhom jista’ jkun hemm emerġenza.
L-Awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi qalu li għalkemm il-varjant s’issa għadu ma ġiex iddikjarat “varjant ta’ tħassib” xorta waħda qegħdin ibassru xitwa li se toffri sfidi kbar kemm fir-Renju Unit u anke madwar l-Ewropa kollha. Fil-fatt il-programm ta’ tilqim kemm għal influwenza u anke għal Covid għal persuni vunerabbli diġà beda biex b’hekk ikunu protetti għax-xitwa.