Friday, December 20, 2024

Il-Euro 2028 se jibqa’ b’24 team

Aqra wkoll

Il-UEFA hija lesta li tabbanduna l-pjanijiet tagħha biex tittrasforma l-fażi finali tal-Euro 2028 fi 32 team. 

Iżda d-deċiżjoni mhux se jkollha impatt fuq jekk ir-Renju Unit jospitax dan it-tournament. 

Wara li l-Federazzjoni Ewropea kienet ħabbret li kienet qed tikkunsidra li l-Euro ta’ sitt snin oħra jkun kompost minn 32 team, bosta kienu dawk il-pajjiżi li bdew jemmnu li forsi se jasal iż-żmien li jikkwalifikaw għall-fażi finali għall-ewwel darba.  

Iżda l-UEFA bdiet tirrifletti dwar l-elementi negattivi li kien se jkollhom impatt negattiv fil-finanzi Ewropej. 

Għaldaqstant, kmieni x-xahar id-dieħel, il-Federazzjoni Ewropea mistennija tikkonferma li l-fażi finali tal-Euro se tibqa’ b’24 team. 

Dan ifisser ukoll li se jintużaw inqas stadiums li kienu ppjanati li se jintużaw mill-ħames gżejjer Britanniċi bil-finali tintlagħab f’Wembley Stadium. 

Ekonomija

Sport