Friday, December 20, 2024

Il-faċċati ta’ żewġ Palazzi Presidenzjali jinxtegħlu għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

Aqra wkoll

Mil-lejl li għadda, il-faċċati tal-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Palazz tal-Verdala nxtegħlu b’lewn aħmar b’ġest ta’ rikkonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm, u sabiex jitkattar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm.

Il-faċċati ta’ dawn il-Palazzi Presidenzjali se jibqgħu mixgħula sal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm fl-14 ta’ Ġunju. It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għal din is-sena hija “Li tagħti d-demm hu att ta’ solidarjetà. Ingħaqad m’oħrajn u salva ħajjet in-nies.”

Il-Presidenza tinkoraġixxi l-għoti tad-demm u tirrikonoxxih bħala att ta’ solidarjetà ma’ dawk fil-bżonn.

Ekonomija

Sport