Sunday, July 13, 2025

IL-FALLIMENT FIS-SUMMIT TAN-NATO…TELFA GĦAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ

Aqra wkoll

Proprju ftit tal-jiem ilu, eżattament f-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju inżamm summit importanti tan-NATO. Fil-kunfitti li jeżistu madwar id-dinja u meta kienu għadu frisk il-kunfitt bejn lIran l-Iżrael, kien hemm stennija kbira għal dan is-summit, l-aktar minħabba l-kwistjoni ta’ attakk mir-Russja lejn xi pajjiż fl-lvant tal-Ewropa li jinsab fin-NATO.

M’hemm ebda dubju li minn dak li ħareġ minn dan is-summit, il-popli Ewropej ħarġu telliefa. L-istess kif ħarġu telliefa u bla ċertezza il-pajjiżi Ewropej. Dak deċiż se jfsser infeq aktar għall-armamenti. Aktar infeq għal armamenti ġodda. Aktar infe fuq l-armati. M’hemm ebda dubju li dawn il-fejjes minn x’imkien iridu
jiġu.

X’imkien trid tinqata’ linja. Jonqsu l-fondi minn naħa biex imorru għal armamenti. Dan kollu qiegħed jiġri, f-anniversaju tat-80 sena mittmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija u minn pajjiżi Ewropej li kien ħalfu li l-Ewropa ma tgħaddix minn gwerra
oħra.

Minn dan is-summit li ddiskuta it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ deterrent u difża tan-NATO, iż-żieda f-infq għad-difża u l-bini tal-industrija tad-difża, u ż-żamma tal-appoġġ għall-Ukrajna, ħarġu għadd għadd ta’ inċertezzi li sa issa għadhom bla
tweġiba.

L-inċertezzi bdew sa minn jum qabel is-summit, meta l-istess Trump meta mistoqsi dwar l-Artikl 5, hu xxokkja lil dawk preżenti meta qal li dan l-artiklu jista’ jkollu defnizzjonijiet diferenti. Dan hu artiklu li jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jikkunsidraw attakk kontra Stat Membru tan-NATO bħala attakk armat kontra l-membri kollha.

Ovvjament wieħed jifhem li dik id-dikjarazzjoni ta’ Trump proprju qabel is-summit
saret biex titfa’ pressjoni fuq il-pajjiżi Ewropej membri tan-NATO biex jaraw li jżidu n-nefqa militari b’mod sostanzjali għal 5 fl-mija.

Filfatt wara s-summit, Trump m’għamilx dikjarazzjonijiet xokkanti dwar Artiklu 5. Anzi t-ton tiegħu kien li dan kien summit ta’ rebħa għall-Istati Uniti. Mid-dikjarazzjoni fnali joħroġ il-kompromess li seħħ, il-pajjiżi Ewropej aċċettaw li jżidu l-infeq militari għal ħamsa fl-mija u b’dak żguraw afermazzjoni mill-ġdid
fd-dikjarazzjoni fnali tal-impenn għad-difża kollettiva – jiġiferi l-Artiklu 5.

U hawn tqum mistoqsija oħra. Kemm hu sod dan l-impenn? Meta għandek President għal Donald Trump fejn faċilment jibdel pożizzjoni jew iqajjem dubji, anke lejlet summit kif rajna, kemm wieħed jista’ jserraħ rasu li l-Istati Uniti
qiegħda tagħti valur lil Artiklu 5? Kellek imbagħad kwistjoni oħra li
ħafna għalqu għajnejhom għaliha.

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO jifraħ lill-President tal-Istati Uniti għall-attakk militari f-Iran. Ma’ dan imbagħad il-Kanċillier Ġermaniż irringrazzja lil Iżrael għax skont hu ‘għamel xogħol għalina’. Dikjarazzjonijiet servili għall-aħħar fuq attakk
meqjus illegali għax l-Iran ma wettaq ebda aggressjoni kontra l-Istati
Uniti imma sempliċiment kien attakk mill-istess Stati Uniti.

Tqum imbagħad il-kwistjoni talqbil biex tiżdied in-nefqa militari. Se tkun qed titla’ għal 3.5 fl-mija tal-Prodott Domestiku Gross u magħha żieda oħra ta’ 1.5 fl-mija
għal spejjeż relatati mad-difża. M’hemmx dubju li din hi żieda inkwetanti. Nafu u dan mill-esperjenza ta’ kull gwerra, li l-armamenti dejjem iħallu vittmi innoċenti. Blarmi jinqatlu ċittadini innoċenti.

Dan qegħdin narawh jiġri anke llum fl-kunfitti li jeżistu. Hu ċar ħafna li f’dan is-summit, il-pajjiżi Ewropej baxxew rashom għat-talbiet tal-Istati Uniti. Din
tinħass sew fd-dikjarazzjoni fnali. Kemm smajna lill-pajjiżi Ewropej jitkellem dwar l-espansjoni tar-Russja, b’dikjarazzjonijiet li r-Russja tista’ tattakka lill-Ewropa. Ġara imma fd-dikjarazzjoni fnali it-ton kien imrażżan ħafna fr-rigward tar-Russja u l-gwerra f-Ukrajna.

Id-dikjarazzjoni fnali ħalliet barra għal kollox l-invażjoni Russa f-Ukrajna. Dan ma sarx b’kumbinazzjoni. Sar bi skop. Fih hemm l-id Amerikana. Trump ma jżommx lir-Russja u għalhekk lil Vladimir Putin responsabbli għall-kunfitt. Aktar minn hekk, minkejja it-tamiet tal-Ukrajna, l-istess dokument fnali ma semma’ xejn
dwar id-dħul tal-Ukrajna fn-NATO.

Kien summit ieħor, fejn għal darba oħra rajna lil pajjiżi Ewropej dgħajfn. Waħidhom. Dan waqt li huma se jkollhom jibqgħu joħorġu fejjes kbar
biex l-Ukrajna tibqa’ tiġġieled mar-Russja. Ma’ dan, iridu ukoll jibdew iżidu n-nefqa militari biex titla’ għal 5 mija tal-ġid Nazzjonali ta’ pajjiżhom u dan biex jiżguraw is-sigurtà tal-Ewropa stess.

U ċ-ċittadini Ewropej ta’ dawn il-pajjiżi se jkollhom jerfgħu l-piż ta’ dawn id-deċiżjonijiet ta’ aktar infeq fuq l-armamenti. U lil hinn minn dan Trump seta’
jmur lura lejn pajjiżu u jista’ faċilment jgħid li l-laħaq l-għan tiegħu dak li
jkun hemm piż ġust għas-sigurtà tal-Ewropea, waqt li jibda jnaqqas
it-truppi.

U quddiem summit bħal dan, fejn hemm pajjiżi mill-aktar b’saħħithom, il-kelma paċi….il-kelma diplomazija….jew sforzi biex jitnaqqsu l-kunfitti, ma ssibhom imkien.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport