Sunday, January 5, 2025

Il-familja

... jikteb Anthony Agius Decelis

Aqra wkoll

Illum il-ġurnata nitkellmu fuq diversi form ta’ familji. Fejn qabel kellna l-familja tradizzjonali, b’omm u l-missier u t-tfal. Kien hemm ukoll in-nanniet li kienu ħafna drabi jgħixu fl-istess akwata jekk mhux fl-istess binja wkoll, iz-zijjiet, kuġini u neputijiet. Illum fis-soċjetà tagħna mhux din il-familja tradizzjonali biss teżisti imma, hemm diversi forom.

Kollha huma rikonoxxuti u kollha nikkonsidrawhom li għandhom rwol importanti fis-soċjetà tagħna. Mhux biex inkun politiku, f’dan iż-żmien sabiħ tas-sena tipprova ma tantx titkellem fuq politika partiġjana, imma kif jgħid il-Malti, is-sewwa ħabib Alla u jien ħajti kollha ddedikajtha biex nipprova nagħmel is-sewwa u allura anke fuq dan il-punt, tajjeb li ngħidu li kien il-Partit Laburista fil-gvernijiet diversi li dejjem ħadem biex saħħaħ u ta sapport konkret lill-familja Maltija u Għawdxija.

Partit tal-familja

Meta nifli l-istorja u kemm saru riformi biex bis-serjetà ‘l bogħod mir-retorika politika naraw liema partit fil-gvern ħadem biex sostna lil-familja Maltin u Għawdxin, bla tlaqlieq ngħid li l-Partit Nazzjonalista lanqas jibda ħdejn ir-riformi kbar li għamel il-Labour għall-familji Maltin u Għawdxin. 

Problema waħda biss nara jien, li tal-Labour ma tantx jiftaħru u jfakkru lin nies x’qed jagħmlu, x’għamlu u x’għandhom ippjanat. Jiddispjaċini ngħid, imma ħafna affarijiet tajbin malajr jindraw u jintesew. Biżżejjed ngħidu il-prezzijiet tal-fjuwils li dan il-Gvern għas-sena l-oħra daħal forċina biex żammhom stabbli u rħas imqabbla mal-pajjiżi l-oħrajn. Malajr imma ssib xi ħadd jgħidli ‘imma dawn il-prezzijiet tal-fjuwils x’għandhom x’jaqsmu mal-familji?’

Ħeqq mela m’għandhomx x’jaqsmu. Mela jekk inħallu s-suq isuq u dawn jogħlew mhux mill-paga u mill-but il-ħaddiema tagna jridu jitħallsu d-differenza u l-ħaddiem x’għażla għandu? Jew jaħdem iktar, allura inqas ħin mal-mara u t-tfal, jew mar-raġel u l-familja jew inaqqas il-livell tal-għajxien tiegħu biex jgħaddi b’inqas riżorsi. 

Allura, din mhux xhieda kemm dan il-Gvern ta’ Robert Abela jemmen li l-familja hija s-sinsla tas-soċjetà tagħna u jrid jagħmel minn kollox biex bħal ma jagħmel missier ma’ wliedu jipproteġi lill-istess familji, bħalma l-missier jipprotegi lil uliedu minn xi mewġa kbira ta’ għoli tal-ħajja u riperkusjonijiet oħrajn li dan kollu jġib miegħħu. 

Dominos effect…

Meta l-Gvern Laburista ta’ Abela qiegħed iżomm jew jidħol forċina ħalli kif jogħlew il-prezzijiet tal-fjuwils iħallas huwa. Dan qiegħed jiggarantixxi ċerta stabbiltà fil-prezzijiet lokali u allura dik l-istabbilità qiegħda telimina dak li jsejħulu ‘dominous effect’. Jekk tmur għand furnar u dan għandu forn jaħdem bil-diżil jew bil-petrol u l-prezz tad-diżel u petrol jogħlew għax għolew minn BARRA. (Hekk kienu jgħidulna tiftakru? Jekk fl-Ewropa jkun hemm il-maltemp tippretendux li aħna sa nkunu fil-bnazzi u jekk fl-Ewropa jogħħlew il-prezzijiet, f’Malta jogħlew ukoll). 

Mela l-furnar ikollu jagħti iktar flus lill-burdnar għax il-burdnar għolielu l-fjuwil u dan biex iġorr it-tqieq mix-xatt għall-forn mhux sejjer inaqqashom mill-qligħ tiegħu imma se jżidhom mal-prezz tat-tqieq. Jekk il-prezz tal-fjuwil jogħla u l-forn jaħdem bid-diżil, il-furnar se jkollu jżid bil-fors il-prezz tal-ħobż għax irid jagħmel tajjeb għall-għoli li kien hemm fil-prezz li ħallas lill-burdnar kif ukoll għall-għoli li kellu fil-prezz tal-fjuwils. Allura, mhux il-familji Għawdxin u Maltin li sejrin jaqilgħu d-daqqa tal-għoli tal-ħajja? 

Skema Stabbiltà

Aħna esperjenzajna s-sena l-oħra qabel l-Gvern ta’ Robert Abela ma qabad il-barri minn qrunu x’kien qed jiġri. Inħobb immur mal-mara nixtri minn suq miftuħ ħdejn ta’ Qali. Kien hemm perjodu minnhom kartuna bajd minn €3 bdew jitolbu €8 kull kartuna. Staqsejt lil tal-vann għaliex qegħdin jogħlew l-prezzijiet meta kellna l-prezzijiet tal-ġwież issusidjat, il-prezzijiet tal-fjuwils bil-Gvern qed jagħmel tajjeb għad-differenza. 

Ħarigli bil-frażi li għax minħabba l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna qegħdin jogħlew il-prezzijiet. U vera kulħadd beda jgħolli l-prezzijiet. Tgħidx kemm smajna esperti jagħtuna pariri biex noqogħdu nimxu u nfittxu minn ħanut għall-ieħor biex naraw insibux prezzijiet irħas. Imma li Gvern ma kienx kuntent b’hekk u qabad u għamel deal għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna biex ġab stabbiltà ma’ kważi 500 prodott differenti. 

X’differenza l-PN jagħmel deal miegħu nnifsu biex minn wara dahar kulħadd il-ministri tiegħu jieħdu €500 żieda fil-ġimgħa u l-Labour jagħmel deal mal-importaturi jġib stabbiltà fuq il-prezzijiet ta’ kważi 500 prodott b’mod dirett. Għax anke hawn kollox kien qed jogħla. Irrelevanti x’kien qiegħed jiġri minn barra. Kull darba li konna mmorru nixtru dejjem insibu prezzijiet differenti u iktar għolji. U ħa ngħidha wkoll. U Alla jbierek dak li kien 63ċ sar 65ċ u dak li kien 97ċ sar ewro. Kollox għad-dritt kontra l-konsumatur. 

Il-Gvern għamel l-iskema Stabbiltà, bla dubju ta’ xejn ukoll grazzi għall-ħidma tal-Ministru Silvio Schembri u qisu l-gwerra bejn ir-Russi u l-Ukreni waqfet. Għax il-prezzijiet waqfu jogħlew.

Tisimgħu lil xi ħadd jitkellem fuq dawn l-affarijiet? Fuq kemm għolew il-pensjonijiet, kemm żdiedu l-benefiċċji soċjali, kemm żdiedu l-għajnuniet lill-persuni b’diżabilità, kif kulħadd qieged isib il-pilloli li jkollu bżonn, kif l-operazzjonijiet qegħdin isiru fi żmien raġjonevoli,  minħabba l-mod għaqli li qegħdin nużaw ir-riżorsi tal-pajjiż, kif qegħdin jinbidlu l-iskejjel tagħna, fuq il-ftehim li kellu l-Gvern mal-għalliema, fuq l-ispazji miftuħa li qiegħed ikollna madwar il-pajjiż kollu, kemm il-pajjiż sar iktar nadif, fuq saret rari u mhux in-norma li ssib xi triq mhux b’wiċċ tajjeb, fuq id-drittijiet ċivili li daħlu? 

Fejn illum tista’ tħobb lil minn trid u mhux sejjer ikun l-istat li jindaħallek lil min tħħobb? Li jekk inti ma rnexxielekx l-ewwel żwieġ tiegħek tista’ jkollok it-tieni ċans biex tibni familja mal-maħbuba jew maħbub tiegħek. Child Care b’xejn, Breakfast club b’xejn, plus budget apposta għand il-kapijiet tal-iskola biex jekk xi ħadd ikollu bżonn ta’ ftit għajnuna, għaliex le?  Tisma’ pajjiżi oħrajn ferm ikbar minna bħall-Ingliterra u l-Amerika li għadhom jagħmlu kampanji elettorali sħaġ jitkellmu kif, meta u kemm siegħat il-gvern jista’ jibda jintroduċi dawn l-affarijiet. 

Meta tiżen issib li iva, stajna għamlina affarijiet aħjar mela le, wara mhux kulħadd bravu! Kulħadd jifhem iktar minni! Kulħadd jagħraf il-problema u jaf is-soluzzjoni. Nifhmu li stajna għamilna xi affarijiet aħjar. Għalhekk l-esperjenza hija l-aqwa ħaġa u aħna li għandna naqra xagħar griż għandna ftit vantaġġ u dawk li għad għandhom xagħarhom iswed tuta. 

Imma, anke b’dawn l-affarijiet kollha li stajna għamilna aħjar, meta tqis dak il-ħafna u ħafna affarijiet tajbin li għamilna ma’ dawk il-ftit affarijiet li stajna nagħmlu aħjar, il-miżien jaqleb bil-kbir lejn in-naħa tal-affarijiet li għamilna tajbin. Għalhekk il-Partit Laburista huwa l-PARTIT tal-familja għax kien huwa li għen biex timbena u tissaħħaħ il-familja Għawdxija u Maltija

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport