Il-partitarji ta’ Manchester United jinsab irrabjati għas-sidien tal-club, il-familja Glazer, minħabba li huwa se jdaħħlu investituri ġodda billi se jbiegħu ishma żgħar.
Din se tkun il-kumpanija Amerikana, Apollo, li mistennija tixtri 10% tal-ishma tal-club.
Din il-mossa hija indikazzjoni li l-Glazers se jibqgħu fil-kontroll tal-club.
Ironikament, fil-jiem li għaddew Sir Jim Ratcliffe, l-aktar persuna sinjura fir-Renju Unit b’imperu ta’ £12-i biljun, wera x-xewqa li jixtri l-club fejn wiegħed ukoll investiment kbir kif ukoll jimmodernizza Old Trafford.
Min-naħa tagħhom, il-partitarji bdew jemmnu li l-Glazers kienu se jċedu u jbiegħu kollox. Iżda l-Amerikani sostnew li ma jitilqux jekk ma titħallasx is-somma ta’ £5 biljuni.
Il-partitarji ma jridux jafu aktar b’investituri Amerikani hekk kif qed jibżgħu l-club se jitkisser.