Tuesday, December 24, 2024

Il-familja Glazer qed tfittex kumpaniji biex jaqsmu l-ishma ta’ Manchester Utd

Aqra wkoll

Il-familja Glazer li għandha l-ishma ta’ Manchester United reġgħu dawru fehmithom dwar il-bejgħ tal-klabb hekk kif issa ddeċidew li jżommu parti mill-klabb għalkemm qegħdin ifittxu sidien oħra li jieħdu parti minn dawn l-ishma. 

Jidher li d-diriġenti tar-Red Devils qegħdin f’diskussjoni ma’ Carlyle Group, kumpanija ta’ investiment li jinsabu bbażati fl-Istati Uniti u li jidhru lesti li jidħlu għal din il-biċċa xogħol.

Fi żmien li ġej mistennija aktar żviluppi dwar din id-diskussjoni li għaddejja ġmielha.

Ekonomija

Sport