Il-familja Glazer tinsab f’taħditiet mal-kumpanija Amerikana ‘Apollo’ biex tbigħ sehem minoritarju fil-club ta’ Manchester United.
Għalkemm il-Glazers mhumiex lesti li jċedu l-kontroll tal-club – l-aħwa Avram u Joel mistennija jżommu l-ishma tagħhom u jissorveljaw it-tmexxija ta’ kuljum ta’ Old Trafford minkejja li membri oħra tal-familja jridu jitilqu darba għal dejjem minn Old Trafford.
Din il-mossa saret wara kritika qawwija mill-partitarji dwar is-sjieda tal-Glazers hekk kif dawn qed jheddu li jibbojkottjaw il-partita f’darhom ta’ nhar it-Tnejn li ġej kontra Liverpool bi protesta kbira hekk kif il-United iridu jevitaw li jibdew l-istaġun bi tliet telfiet konsekuttivi.
Il-prezz tal-ishma tar-Red Devils żdied drastikament fil-Borża ta’ New York nhar l-Erbgħa hekk kif żdiedet l-ispekulazzjoni li l-Glazers jistgħu jġibu investituri ġodda jew ibiegħu kompletament.
Peró l-aħwa Glazers għamluha ċara li mhux se jitilqu minn Old Trafford.